Read in English.
Raġel li waqa’ seba’ sulari mill-irdum f’Birżebbuġa weġġa’ gravi.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fl-akwati ta’ Wied ix-Xoqqa u tal-Mara.
Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena, resident Birżebbuġa stess, kien tile fil-bilanċ u waqa’ mill-irdum għal ġol-baħar. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn xi nies li kienu għaddejjin b’dgħajsa li tellawh l-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.