Gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Blata l-Bajda

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Blata l-Bajda.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu fi Triq Nazzjonali.
Huwa ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena mill-Gudja.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.