Gravi wara li tintlaqat minn karozza f’Tas-Sliema

Mara ta’ 81 sena minn Tas-Sliema sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema stess.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Imrabat.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Imsida.
L-anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.