Raġel ta’ 45 sena weġġa’ gravi hekk kif tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Adrian Dingli f’Pembroke.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.