Gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa

CMRU

Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li għall-ħabta tal-10.15am seħħ inċident fi Triq il-Marfa. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.