Gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Gżira

Ingliż ta’ 26 sena residenti Wied il-Għajn ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
Kien għall-ħabta tas-6 ta’ dalgħodu li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’bollards tal-konkrit li hemm fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Ritratt: Malta Police Force