Gravi wara li skiddja bil-mutur

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li skiddja bil-mutur tard ilbieraħ filgħaxija.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm, xħin ir-raġel ta’ 71 sena li joqgħod ir-Rabat tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard u skiddja.
Huwa ttieħed mill-ewwel Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Ritratt: Arkivji