Gravi wara li qala’ daqqa ta’ sikkina f’Għawdex

Read in English.

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li ndarab minn raġel ieħor b’daqqa ta’ sikkina fiż-Żebbuġ, Għawdex.

L-aggressjoni seħħet il-bieraħ filgħaxija għal ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Mungbell, Żebbuġ wara argument li nqala’ bejn iż-żewġ irġiel ta’ nazzjonalità Somala.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 24 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ,Għawdex, kien safa’ aggredit b’sikkina.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ qed jinżamm raġel ta’ 23 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ, Għawdex, għal aktar stħarriġ.