Gravi wara li ntlaqat minn vann f’Ħaż-Żabbar

Archives

Raġel ta’ 65 sena weġġa’ gravi meta ntlaqat minn vann f’Ħaż-Żabbar.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident fid-9am. Dan ġara fi Triq il-Kapuċċini.

Skont il-Pulizija, ir-raġel residenti Ħaż-Żabbar intlaqat minn vann misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żabbar. Ir-raġel ta’ 65 sena ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Wara ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.