​Gravi wara li ntlaqat minn karozza

Raġel ta’ 53 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Tas-Sliema.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li għall-ħabta tas-2:30pm ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq it-Torri.
Skont il-Pulizija, r-raġel ta’ 53 sena mill-Awstrija ntlaqat minn karozza misjuqa minn Taljan ta’ 35 sena li joqgħod l-Imġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.