Gravi wara li ntlaqat fit-triq prinċipali tal-Mosta

Google Streetview

Raġel ta’ 53 sena residenti l-Mosta jinsab f’agħda gravi wara li ntlaqat b’karozza fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta. Il-karozza kienet misjuqa minn Mosti ieħor ta’ 78 sena.

Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermaw dan l-inċident u qalu li l-inċident stradali seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-isptar Mater Dei.