Gravi wara li nqabad bejn cherrypicker u gallarija

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li nqabad bejn cherrypicker u gallarija l-Gżira.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq Rue d’Argens, xħin ir-raġel, li għad m’hemmx informazzjoni dwaru, kien qed iħaddem hu stess il-vettura.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel.
Hu ttieħed Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.