Gravi wara li nqabad bejn 2 karrozzi f’Ħaż-Żabbar

Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Raġel weġġa’ gravi f’inċident fi Triq Strickland f’Ħaż-Żabbar meta nqabad bejn żewġ vetturi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 73 sena weġġa’ meta nqabad bejn il-vann tiegħu u vettura oħra pparkjata fit-triq imsemmija. Allegatament, il-vann mexa waħdu. Ir-raġel joqgħod Ħaż-Żabbar stess. Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-4 pm.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei.