Gravi wara li ħabat bil-mutur ma’ karozza

Raġel ta’ 68 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li għall-ħabta tat-08:00am ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.
Is-sewwieq tal-mutur residenti s-Siġġiewi ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 58 sena minn Ħal Kirkop.
Ir-raġel ta’ 68 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.