Gravi wara li daħal fi ġlieda

Raġel ta’ 45 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involutn fi ġlieda bejn persuni oħra.
Il-Pulizija qalet li l-Eritrean daħal f’xi argument ma’ persuni oħra, u hemmhekk inqalgħet il-ġlieda.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5am fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.
Ritratt: Arkivji