Gravi wara inċident bil-mutur fil-Marsa

Raġel ta’ 29 sena mir-Rabat weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fil-Marsa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-11.10 am. L-inċident seħħ fi Triq Ġiuseppe Garibaldi. Is-sewwieq tal-mutur weġġa’ meta tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.