Gravi wara inċident bi quad bike f’Għawdex

Mara ta’ 44 sena minn Franza weġġgħet gravi meta ħabtet ma’ ħajt waqt li kienet qed issuq quad bike f’Għajnsielem f’Għawdex.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għat-3 pm fi Triq Borg Għarib. Il-Franċiża għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-quad bike u ħabtet ma’ ħajt. Hi ttieħdet l-isptar ta’ Għawdex b’ambulanza.