Gravi wara ħabta fis-Siġġiewi

Malta Police Force

Read in English.

Raġel ta’ 66 sena mis-Siġġiewi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq il-Qrendi. Karozza li kienet misjuqa mir-raġel ta’ 66 sena u vann kienu involuti f’dan l-inċident. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 56 sena mis-Siġġiewi wkoll.

Ir-raġel ta’ 66 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.