Gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’San Ġiljan

Raġel ta’ 59 minn Tas-Sliema li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ karozza f’San Ġiljan.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għas-1pm fi Triq Birkirkara. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 72 sena residenti Ħ’Attard.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza.