Gravi wara ġlieda f’ristorant f’San Ġiljan

Żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ gravi f’ġlieda ma’ raġel f’ristorant f’San Ġiljan kmieni dalgħodu.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fl-4 am fi Triq San Ġorġ. Skont il-Pulizija għal xi raġuni qam argument bejn iż-żewġ persuni – Ingliż ta’ 34 sena u l-Malti ta’ 24 sena li joqgħod is-Swieqi.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġie aggredit waqt l-argument u weġġa’ b’mod gravi. Ir-raġel ta’ 34 sena qed jinżamm mill-Pulizija.