Il-mara li ħabtet bil-mutur fiż-Żejtun ilbieraħ qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija fejn spjegat li l-inċident ġara lbieraħ fil-5.15pm fi Triq id-Dejma.
Titlef il-kontroll tal-mutur fiż-Żejtun; tittieħed l-isptar
Il-ħabta ġrat bejn mara ta’ 30 sena li toqgħod iż-Żejtun stess li kienet qed issuq karozza u mara Taljana ta’ 40 sena riekba fuq mutur. Hija toqgħod l-Imsida.
Fl-isptar, is-sewwieqa tal-mutur ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.