“Grata li għandi lilek f’ħajti” – Lydia lil Robert Abela

Lydia & Robert Abela

Ġurnata speċjali għall-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia hekk kif illum qed jiċċelebraw it-12 il anniversarju mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu nhar id-19 ta’ Ottubru tal-2008.

Fil-messaġġ tagħha, Dr Lydia Abela iddikjarat imħabbitha lejn żewġha u rrimarkat li tammirah għall-karattru sod li għandu, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħu.

“Grata li għandi lilek f’ħajti. Inħobbok,” temm jgħid il-messaġġ tagħha.

Il-koppja Abela għandhom tifla, Giorgia Mae.

12-il sena ta' żwieġ. Robert Abela Inħobbok u nammirak għall-karattru sod li għandek, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħek. Grata li għandi lilek f'ħajti. Inħobbok ❤️

Posted by Lydia Abela on Monday, October 19, 2020

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum, u għal aktar snin ta’ mħabba u rispett.