“Grat li naqsam għeluq snini ma’ missieri, l-idolu tiegħi” – Janvil

Awguri lill-kantant u preżentatur Ian Vella magħruf bħala Janvil li llum qed jiċċelebra għeluq il-45 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-4 ta’ Awwissu tal-1975.

Għal Janvil illum huwa jum speċjali doppju għax għeluq sninu jaħbat proprju jum wara għeluq snin missieru.

“Ninsab grat għal dak kollu li kelli s’issa, bit-tajjeb u l-ħażin. Ninsab ukoll grat li naqsam għeluq snini ma’ missieri, l-idolu tiegħu,” ikkummenta Janvil waqt li esprima d-dieqa tiegħu li din is-sena ommu Mary mhux qiegħda magħna biex tirrakkuntalu kif tagħmel is-soltu l-istorja ta’ meta huwa twieled.

“Ma kienitx tqala faċli u t-tnejn li aħna ma konnix għal hawn. Iżda Alla għażel li jħallina ngawdu lil xulxin għal kważi 44 sena,” kompla jikteb il-kantant, b’referenza għal fatt li l-mamà tiegħu ħallietna f’Novembru li għadda.

“Nimmissjak Ma. Dan huwa l-ewwel għeluq snini mingħajrek,” kiteb hu waqt li awgura l-isbaħ xewqat lil missieru.

Intant bosta kienu dawk li bdew jawguraw lil Janvil f’għeluq sninu, fosthom ukoll Jade, ittifla tal-kantant li rringrazzjatu talli jaħdem lejl u nhar sabiex jara lill-familja tgħix ħajja komda.

“Int wieħed mill-persuni l-aktar importanti f’ħajti,” kitbitlu hi.

On this day 45 years ago a Star was born ❤️You have always been the most supportive and friendly dad in the world. You always make me feel safe and secure with your unconditional love. Thanks for making all the sacrifices silently and working hard all day& night just to get us a better life, you are one of the most important persons in my life! There can be no better occasion than this to let you know how grateful I am to you for always showing me the right way in life . You are my true hero! You have always inspired me and will always continue to do so ❤️I love you daddy, thanks for always believing in me. Happy Birthday 🥰

Posted by Jade Vella on Monday, August 3, 2020

Nawguraw l-isbaħ xewqat kemm lil Janvil u anki lil missieru f’għeluq sninhom.