Ġranet ta’ diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit

Francisco Seco/Pool via REUTERS

Read in English.

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qablu li jaħdmu flimkien fuq diskussjonijiet bejniethom biex fil-ġranet li ġejjin jassiguraw ftehim dwar it-tluq tar-Renju Unit minn mal-blokk Ewropew. Jidher iżda li l-kontrolli mal-fruntiera tal-Irlanda se tibqa’ problema.

Għadu sa issa inċert jekk iż-żewġ naħħat jaqblux fuq ftehim differenti sal-aħħar ta’ Ottubru, il-ġurnata li fiha r-Renju Unit suppost joħroġ mill-Unjoni.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li xi uffiċjali tkellmu b’mod ottimist dwar dan il-ftehim li aktarx jintlaħaq iżda s-swieq finanzjarji u l-banek għadhom inċerti. Fil-fatt il-munita Sterlina ilha sitt xhur fl-ogħla livelli.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li għadhom la laħqux ftehim mal-Unjoni Ewropea u qal li r-Renju Unit xorta jinsab lest li jitlaq mingħajr ftehim.