Grande Fratello VIP 4: Marcuzzi jew D’Urso?

Ritratti: Mediaset

Bħalissa għaddejjin il-preparazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni ta’ Grande Fratello VIP 4 li fuq Canale 5 se jkun qed jixxandar f’Novembru 2019.

Għalkemm fadal ftit tax-xhur mhux ħażin biex jibda dan il-programm, qed jingħad minn wara ‘l kwinti hemm taqtigħa sew għaddejja dwar min għandu jkun fit-tmun tal-preżentazzjoni wara li Ilary Blasy għaddiet għal proġetti oħra u qed tissemma’ li se tkun qed tmexxi Temptation Island wara li Simona Ventura telqet lura mar-Rai.

L-għażla dwar min se jmexxi ir-raba’ edizzjoni ta’ Grande Fratello VIP qed jingħad li qiegħda bejn tnejn: Barbara D’Urso u Alessia Marcuzzi.

Waqt li ħafna jistgħu jaslu għall-konklużjoni li Barbara D’Urso se tkun l-għażla naturali għall-Mediaset biex tmexxi dan il-programm, qed jingħad li mhux neċessarjament dan se jkun il-każ fl-iskeda l-ġdida minħabba li D’Urso diġa’ għandha bosta impenji fuq programmi oħra, u wisq probabbli li Live Non e la D’Urso jibda fl-iskeda tal-ħarifa wara s-suċċess li nkiseb fl-aħħar xhur, meta suppost kien esperiment ta’ xi sitt ġimgħat u minflok baqa’ għaddej minħabba fl-udjenzi rekord li kiseb.

Hemm ukoll il-ħsieb li D’Urso mhux biss tmiexxi l-programmi ta’ kujum u tal-Ħadd wara nofsinhar ukoll, iżda qed jiġi negozjat staġun ġdid ta’ La Dottoressa Gio, li wara 20 sena tfaċċa lura kmieni din is-sena u wara li ntlaqa’ tajjeb qed jaħsbu għar-raba’ serje.

Skont rapport li ħarġu, wara staġun suċċess li kellhom, il-Mediaset biħsiehom idawwru wkoll xi programmi u preżentaturi fl-iskedi biex b’hekk isaħħu l-kontenut tagħhom għall-ħarifa/