Ġralu xi ħaġa Johnny Depp?

Bosta qed jinkwetaw wara li raw ritratti riċenti ta’ Johnny Depp ma’ xi ammiraturi tiegħu hekk kif qed isaqsu jekk l-attur famuż maradx serjament.
Fir-ritratti, l-attur magħruf għall-parti tiegħu bħala pirata fil-film Pirates of The Caribbean, jidher abjad karti, niexef għuda u mingħajr ix-xahar twil u l-leħja li s-soltu jkun dejjem biha.
Depp li għandu 54 sena kien qed jippoża ma’ ammiraturi tiegħu fil-Ġermanja waqt it-tour Ewropew mal-band tiegħu Hollywood Vampires.