Ġrajjiet dwar it-Tieni Gwerra Dinjija waqt dawra mal-port

Read in English.

Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Awwissu, Heritage Malta ser tkun qed torganizza dawra mal-Port il-Kbir flimkien ma’ kuratur biex tfakkar it-80 anniversarju mill-inklużjoni ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-75 anniversarju mit-tmiem ta’ din gwerra.

Il-Port il-Kbir kien il-mira prinċipali tal-bombardamenti tal-għadu mill-ajru. Bejn l-1940 u l-1942, il-port sofra wħud mill-agħar attakki fl-istorja, fosthom il-bumbardament feroċi fuq l-HMS Illustrious. Dan il-kunflitt ġab bidliet sinifikanti fil-formazzjoni tal-Port il-Kbir li rriżultaw mhux biss fil-qerda ta’ bosta mill-irħula u bliet viċini, imma anke t-telfa konsiderevoli ta’ ħajjiet.

Prezz: €17 adulti, €10 membri ta’ Heritage Malta, €15 anzjani u studenti, u €10 tfal. Dakinhar, il-membri ta’ Heritage Malta se jintalbu jippreżentaw evidenza tas-sħubija ma’ Heritage Malta.

Id-dgħajsa se titlaq mis-Sliema Ferries (Luzzu Cruises) fis-7.00pm u tirritorna għat-8.30pm.

Qabel it-tlugħ fuq id-dgħajsa, ser tittieħed it-temperatura ta’ kulħadd. Heritage Malta qiegħda tirriserva d-dritt li ma tagħtix aċċess lil min ikollu temperatura ogħla minn 37.2 grad jew lil min ikun ma jiflaħx.

Dan l-avveniment jista’ jitħassar f’każ ta’ maltemp.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw online permezz ta’ dan il-link.

Din l-informazzjoni twasslet minn Heritage Malta.