Graham Borg u Hanna Pace Champions tat-Triathlon Sprint

Graham Borg u Hannah Pace żammew it-titli ta’ Champions tal-iSprint Triathlon meta taw prestazzjonijiet notevoli ġewwa is-Salina. Borg spiċċa t-tellieqa b’vantaġġ ta’ 32 sekonda fuq Shaun Galea li spiċċa fit-tieni post. Fit-tielet post daħal Kevin Muscat, li wera titjib konsiderevoli fit-tlielaq ta’ din is-sena.

Fit-taqsima tan-nisa, Hannah Pace kisbet l-ewwel post hekk kif kisbet distakk ta’ 3 minuti u 21 sekonda fuq il-kompetitriċi tagħha, Margaret Seguna. Pace irnexxielha żżomm it-titlu għal sena oħra hekk kif spiċċat it-tellieqa fl-ewwel post.