Graffiti f’Għawdex: Arti jew vandaliżmu?

Għadd  ta’ Għawdxin ilmentaw għall-graffiti li ġew impinġija riċentament fuq l-irdum fl-akwati tal-Munxar.
Minn ritratti li qed iduru fuq il-midja soċjali jidher li l-graffiti jikkonsistu fi tliet figuri, tnejn ta’ karnaġjon skur u ieħor ta’ karnaġjon abjad liebes ġlekk u qalziet iswed b’ingravata ħamra.
Bħal ħafna artisti rinomati, min pinġa dawn il-figuri ffirma ismu ħdejn xogħlu.
Kollox jindika li l-artist responsabbli għal dawn il-pitturi hu l-artist Ingliż tat-triq ta’ fama internazzjonali Nathan Bowen.
Din mhix l-ewwel darba li Bowen ġie investigat hekk kif għalkemm ħafna jqisu xogħlu bħala wieħed artistiku, oħrajn iqisuh bħala vandaliżmu.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li dwar infetħet investigazzjoni dwar il-każ.
Inti kif tikkunsidrah – arti jew vandaliżmu?
Ritratti: MDT