Gozo SportMalta: premju ġdid għal atleta b’abbiltajiet differenti

Għal Gozo SportMalta se jingħata premju ġdid għal atleta b’abbiltajiet differenti.
Għat-tieni sena konsekuttiva l-Gozo Sports Board flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u SportMalta se jorganizzaw il-Gozo Sports Awards. L-aqwa sportivi Għawdxin se jingħataw apprezzament għal dak li wettqu fis-sena 2015.
Waqt is-Seminar From Grassroots to Elite: The Gozitan Perspectiv,li jippreċedi l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport, organizzat minn SportMalta, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li l-Gozo Sports Festival  se jkun mifrux fuq erba’ ġimgħat. 
Ritratt: MGOZ: George Scerri