Gozo Alive: Spettaklu, kultura u tradizzjonijiet

MGOZ

Il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura u tradizzjonijiet mill-aqwa bl-isem ta’ Gozo Alive. Dan l-ispettaklu, mifrux fuq tlett ijiem, se jinkludi programm kulturali mżewwaq li se jsir bejn il-Ġimgħa it-3 u l-Ħadd il-5 ta’ Mejju.

Waqt li ħabbret din l-attività, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-preparamenti għal Gozo Alive ilhom li bdew b’tim iffurmat apposta biex jassigura li joffri programm ta’ attivitajiet li jilħaq udjenza b’firxa wiesgħa ta’ etajiet differenti. “Din is-sena se jkollna tlett ijiem ippakkjati bi spettaklu minn bands, artisti u DJs kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Dan flimkien ma’ logħob tan-nar, esebizzjonijiet, fashion show, attivitajiet għat-tfal u ħafna aktar.

MGOZ

Il-Ministru Caruana qalet ukoll li r-ritmu li qabad il-Ministeru għal Għawdex qed iħalli riżultati li qed ikunu rikonoxxuti wkoll internazzjonalment anki permezz tal-premju mogħti reċentement lil Għawdex bħala Best of Communities & Culture.

Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook.