Gowl wieħed u l-Ġermanja fis-semifinali

Fl-ewwel taqsima l-Ġermaniżi dehru superjuri u kienu huma li fetħu l-iskor fit-tlettax-il minuta permezz ta’ Hummels.
Il-Franċiżi ppruvaw jidħlu fil-partita iżda sabu lil gowlkiper Ġermaniż Neuer ferm attent.
It-tieni taqsima kienet iktar bilanċjata, bil-Franċiżi li kellhom aktar inizzjattiva mill-ewwel taqsima.
Għaldaqstant il-Ġermanja sabet postha l-ewwel fis-semifinali li se tintlagħab nhar it-Tlieta li ġej, fil-grawnd ta’ Bello Horizonte.
Din se tkun it-tlettax-il semifinali fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja għat-tim nazzjonali Ġermaniż.