Gowl tard ta’ Firmino jpoġġi lil Liverpool 16-il punt fuq quddiem

Il-gowl tard ta’ Roberto Firmino kontra Wolves poġġa lil Liverpool 16-il punt ‘l fuq minn Manchester City li qegħdin fit-tieni post. Din kienet l-14-il rebħa konsekuttiva ta’ Liverpool fil-Premier League.

Jordan Henderson poġġa lil Liverpool fuq quddiem minn corner ta’ Trent-Alexander-Arnold.

Raul Jimenez ta’ Wolves skurja l-gowl tad-draw minn cross ta’ Adama Traore. Dan kien l-ewwel gowl tal-League li Liverpool qalgħu f’50 ġurnata.

Wolves iddominaw it-tieni taqsima iżda Firmino qam għall-okkażjoni u skurja l-gowl tar-rebħa minn pass ta’ Henderson.

Liverpool, li tilfu lil Sadio Mane fl-ewwel taqsima minħabba injury, huma biss it-tielet tim li laħqu l-40 logħba mingħajr telfa fil-Premier League.