Gowl tard jieħu lil Spurs għall-5 rawnd tal-FA Cup

Tottenham issieltu ferm sakemm rebħu kontra Southampton. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 3-2 għal Tottenham. B’hekk għaddew għall-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Norwich City.

Spurs marru fuq quddiem grazzi għal Tanguy Ndombele li x-xutt tiegħu ġie żvijat għal ġol-lasta mid-difensur Jack Stephens. Iżda Shane Long malajr għamilhom 1-1.

Danny Ings xxutja l-ballun u rnexxielu jegħleb lill-gowler ta’ Spurs Lloris. Iżda Lucas Moura għamel l-iskor 2-2.

Spurs irnexxielhom imorru fuq quddiem meta Son Heung-min irnexxielu jiskurja penalty fis-86 minuta. Hu twaqqa’ mill-gowler ta’ Southampton Angus Gunn.

Sfortunatament Southampton spiċċaw tilfu lil Ward-Prowse li weġġa’ l-ligament tal-irkoppa fl-ewwel taqsima tal-logħba u kellu jinħareġ fuq stretcher.