Ġovanna u Karmena għaliex jispiċċaw għand Aldo f’nofs ta’ lejl?

Godwin Scerri u Lilian Pace bħala Karmenu u Ġovanna fis-sensiela Vittmi

Ir-raba’ episodju mill-ewwel staġun ta’ Vittmi, l-aħħar xogħol ta’ Lino Grech, hu mistenni li jixxandar illejla fl-10pm fuq l-istazzjon Net.

Emma (Sarah Camilleri), li issa indunat li żewġha gidbilha, tikkonfronta lil Aldo u turih li ndunat b’dan. Aldo (Fabian Scerri De Carlo), min-naħa tiegħu jipprova jikkalma s-sitwazzjoni iżda jinqalgħu aktar kumplikazzjonijiet.

Hawn tidħol is-segretarja fin-nofs u saħansitra Emma tistaqsi lil Aldo kemm ilu li bidel u daħħal is-segretarja l-ġdida? X’jiġri meta Aldo imur l-uffiċċju ta’ Emma? U x’riedet tgħid biha, meta qaltlu “żviluppajtihlek in-negattiva?”

Ġovanna u Karmenu għaliex jispiċċaw għand Aldo u Emma f’nofs ta’ lejl?

Ġorġ, u Kathy, il-ħbieb tal-koppja, għaliex ltaqgħu għand Nina?

F’dan l-episodju se jkompli jinkixef dak kollu li jkun ghaddej madwar din il-familja. Il-produzzjoni hi ta’ Njoy Media Entertainment b’direzzjoni ta’ Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri DeCarlo.