Ingredjenti
2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa
1 basla mqattgħa slajsis irqaq
2 kuċċarini sweet paprika
1 sinna tewm mgħaffġa
400g majjal imqattgħa kubi
1 mgħarfa dqiq
1 mgħarfa kunserva
1 bott tadam ta’ 400g
300g brodu veġetali tad-dadi
400g bżar aħmar imqatta’
tursin imqatta’
150g jogurt
Metodu
Saħħan iż-żejt f’taġen u aqli l-basla għal 3 minuti. Żid il-paprika u sajjar għal 30 sekonda.
Żid it-tewma u l-majjal fit-taġen u sajjar sakemm il-laħam jieħu kulur kannella. Roxx id-dqiq fuq il-laħam u ħawwad biex tiksih bih.
Żid il-kunserva, it-tadam, il-bżar aħmar u l-brodu veġetali. Tektek għal 20 minuta fuq nar bati sakemm il-likwidu jibda jagħqad. Iċċekkja li l-laħam ikun sar sewwa. Qabel isservi roxx it-tursin imqatta’ fil-wiċċ u servi b’mgħarfa jogurt fuq il-laħam.