Google twaqqaf 780 miljun riklam qarrieqa

Google tkompli bil-ġlieda kontra r-reklamar abbużiv u qarrieqi li jsir onlajn. 
Bejn riklami li jippromwovu affarijiet fażulli bħal pilloli mirakolużi li jqattgħu x-xaħam, arloġġi tad-ditti u riklami li jkun fihom virus apposta, fl-2015, Google neħħiet 780 miljun riklam (google ad) li ma kienx vera. 
Dan ifisser 50% aktar meta mqabbel mal-524 riklam li neħħiet fl-2014. 
Fuq il-blogg tagħha, Google qalet li din “it-tindifa” saret minn tim ta’ aktar minn 100 persuna, mifruxa madwar id-dinja kollha, bil-għan li jsibu u jneħħu riklami mhux xierqa. 
Google rnexxielha taqbad 10,000 websajt u 18,000 account li ppruvaw ibigħu affarijiet tal-kuntrabandu bħal handbags u arloġġi.
Qabbdet ukoll 30,000 websajt li wiegħdu rimedji u supplimenti għat-telf tal-piż.
Ġew imwaqqfa aktar minn 12-il miljun riklam dwar prodotti mediċinali, prodotti li suppost trid ir-riċetta tat-tabib biex tixtrihom.