Google jgħin biex jinqabad pedoflu

Raġel, minn Houston fl-Istati Uniti, kien arrestat wara li l-kumpanija Google, għamlet rapport liċ-Ċentru nazzjonali għat-Tfal Mitlufa u Abbużati, li l-akkużat kien qed iżomm ritratti indiċenti ta’ tifel fl-imejl privat tiegħu.
Ir-raġel kien imfittex b'rabta ma' abbuż sesswali fuq tifel lura fl-1994.
Minn tfittxija li saret fid-dar u fl-apparat teknoloġiku tar-raġel, instagħab li kellu aktar ritratti suspettużi u anke messaġġi fuq il-mobajl.
Għalkemm ħafna persuni jfaħħru l-użu tat-teknoloġija biex tgħin fl-investgazzjoni f’każijiet simili, oħrajn isaqsu kemm hemm privatezza fl-użu ta’ servizzi tal-Google bħal ma huwa l-imejl.  
Google ilu mill-2006 jiskenja imejls bil-għan li jgħin fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali onlajn fuq it-tfal.