​Google jbiddel il-mappa minħabba Daphne

Google Maps issa qed juru l-post fejn ġiet assassinata l-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.
Kienet Alessandra Dee Crespo, waħda mill-attivisti ta’ #OccupyJustice, li dalgħodu mmarkat bħala Daphne’s Memorial fuq Google Maps, l-għalqa li fiha nqatlet il-ġurnalista.

Ma’ Newsbook.com.mt, Dee Crespo qalet li ħasset il-ħtieġa li tagħmel dan minħabba li hemm min ikun jixtieq isellem lill-ġurnalista imma ma jirnexxilux isib is-sit.
Fil-vuċi tagħha kienet tinħass l-emozzjoni u d-determinazzjoni biex issir ġustizzja f’dan il-każ.

Fissret kif hi tiffrekwenta spiss il-post tad-delitt, u tieħu ħsieb li żżommu nadif u organizzat.