Google Chrome jagħmel ħsara lill-batteriji tal-laptops

Dawk li jippreferu jużaw il-Google Chrome minflok l-Internet Explorer jew xi programmi oħra, jistgħu jispiċċaw jagħmlu ħsara lill-batterija tal-laptop tagħhom.
Skont il-Microsoft dan huwa dovut għal fatt li s-sistema taħdem b’rata aktar mgħaġġla u dan iwassal biex id-domanda għall-enerġija tiżdied b’25%.
Esperti qed jgħidu li l-unika ‘soluzzjoni’ għalissa hi li jagħlqu l-Chrome u jużaw browser ieħor. Qalu wkoll li l-Internet Explorer u l-Firefox m’għandhomx din il-problema.