Google bi proġett ġdid: taxi li ssuq waħidha

Il-kumpanija Google, qiegħda f’diskussjonijiet ma’ kumpanniji li jimmanifatturaw il-karozzi biex ikunu parti minn proġett ambizzjuż. Dan il-proġett ġdid ta’ Google se jikkonsisti f’karozzi tat-taxi li jinstaqu b’mod awtomatiku mingħajr xufier.

F’dawn l-aħħar snin, Google investiet $258m f’software apposta bl-isem ta’ Uber, li bih persuni li għandhom bżonn taxi jistgħu jordnawha u jagħżlu x’tip ta’ taxi jsiru permezz tas-smartphone fi ftit minuti.

Il-pass li jmiss, għal Google issa huma dawn it-taxis li ma jkollhom bżonn ebda xufier. Il-Google diġa għandu flotta minn dawn il-vetturi immanifatturati mill-kumpanija Toyota. Dawn il-vetturi huma mgħammra b’cameras, sensors, radars u s-software Uber. Dawn il-vetturi hu stmat li jiswew mal-$150,000 biex jiġu mmanifatturati.