​Gomez jitkellem fuq il-foul li sofra

Il-plejer ta’ Atalanta Alejandro Gomez, magħruf aħjar bħala Papu Gomez, tkellem fuq il-foul illi rċieva mingħand Stephan Lichsteiner fil-logħba li spiċċat draw ta’ 2-2.
Gomez sostna illi Lichtsteiner tah daqqa ta’ minkeb u kellu ferita kbira f’ħalqu.
Dan il-foul sewa wkoll lil Juventus għax fl-azzjoni ta’ wara l-gowl kellu jiġi annullat wara din l-irregolarità.
Papu Gomez qed ikun fundamentali għal Atalanta matul dan l-istaġun hekk kif qed jiskorja gowls sbieħ u qed iservi lil sħabu tqassim verament tajjeb.
Gomez huwa magħruf għaż-żifna tipika tiegħu wara li jiskorja xi gowl.