Godfrey Farrugia jinħatar whip tal-Grupp Parlamentari Laburista

Il-Grupp Parlamentari Laburista approva b’mod unanimu n-nomina tal-Prim Ministru biex Dr Godfrey Farrugia jkun il-whip il-ġdid.
Din il-ħatra saret illum f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista, wara li l-whip preżenti Carmelo Abela nħatar Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.