Ġodda fuq Netflix din il-ġimgħa

Medical Police

Netflix minn din il-ġimgħa se jkun qed jintroduċi bosta programme li wieħed jsita#’ jara fil-kumdità ta’ daru. Dawn ivarjaw minn sensiliet għal films, kif ukoll produzzjonijiet internazzjonali b’lingwi differenti u li wieħed jista’ jaqlibilhom l-awdjo beix isegwihom bl-Ingliż u bit-Taljan, minbarra f’xi lingwi oħra.

Power (Mil-lum)

L-aħħar 5 puntati tas-sitt u l-aħħar staġun ta’ din is-sensiela fejn niskopri min spara fuq Ghost u jekk eventwalment dan il-karattru baqax ħaj jew le.

Live Twice, Live Once (mit-Tlieta 7 ta’ Jannar)

Kellie Martin u Martin Cummins huma l-protagonisti ta’ dan il-film dwar raġel li jitlaq ma’ sieħbu beix jsitad għal tlett ijeim fuq id-dgħajsa. Iżda mal-lejl martu jkollha żjara tal-pulizija li jinfurmawha li kien hemm bomba fuq l-istess dgħajsa u li kellhom suspett li żewġha kien imdaħħal fit-traffikar taddrogi.

Nicole ma tridx temmen li żewġha seta’ kien involut f’xi ħaġa bħal din, sakemm tirċievi telefonata b’theddida fuq ħajjitha.

Minn hawn jibdew l-intriċċi…

Cheer (mill-Erbgħa 8 ta’ Jannar)

Serje ta’ dokumentarji li ddur madwar tim ta’ cheerleaders ta’ kulleġġ f’Texas li jirbaħ xejn inqas minn 14-il kampjonat f’20 sena. Is-sensiela tidħol fil-fond tad-dinja kompetittva fil-qasam taċ-cheerleading.

AJ And The Queen (mill-Ġimgħa 10 ta’ Jannar)

RuPaul fil-parti ewlenija f’din is-serje komika ġdida dwar drag queen li tispiċċa jkollha tieħu ħsieb tifel ta’ 10 snin li jkun ħarab mid-dar.

Titans (mill-Ġimgħa 10 ta’ Jannar)

It-tieni staġun ta’ din is-sensiela fejn naraw bosta super eroj bħala protagonist. L-istorja tkompli fejn ħalla l-aħħar staġun hekk kif Dick Grayson, Starfire u Beast Boy jippruvaw jeħduha kontra missier Raven.

Medical Police (mill-Ġimgħa 10 ta’ Jannar)          

L-ewwel staġun ta’ serje ġdida mhux tas-soltu fejn naraw żewġ tobba li jispiċċaw jagħmluha ta’ pulizija beix iwaqqfu virus milli jitferrex f’mod globali.