“God Save the Queen” fil-periklu?

Il-Parlament Ingliż mistenni jiddiskuti jekk l-innu “God Save the Queen” għandux jitneħħa qabel logħbiet nazzjonali u minfloku jindaqq innu ġdid li jkun għall-Ingilterra.
Membru Parlamentari partikolari ressaq mozzjoni dwar dan u diġà qed jissemmew alternattivi għal “God Save the Queen”, fosthom il-kanzunetta “Jerusalem” li kienet indaqqet b’mod mhux uffiċjali fil-logħbiet tal-Commonwealth fl-Indja sentejn ilu.
Permezz tal-internet hemm mill-inqas żewġ gruppi fl-Ingilterra li qed jagħfsu biex pajjiżhom ikollu innu nazzjonali ġdid.