GO żżomm il-Premier League u Serie A, iżżid l-Emirates FA Cup

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, Yiannos Michaelides qal: “GO tinsab ħerqana li żammet id-drittijiet esklussivi għall-Premier League, Serie A u issa wkoll għall-Emirates FA Cup; b’din tal-aħħar wara nuqqas ta’ 4 staġuni. Dawn l-isħubijiet fit-tul mal-iktar kampjonati  prestiġġjużi u ammirati tal-futbol jiffurmaw parti ċentrali tal-impenn ta’ GO biex tipprovdi l-aqwa kontenut tat-TV u pakketti broadband lill-klijenti.”
Fl-istaġun li ġej, il-klijenti ta’ GO Sports se jkunu jistgħu jgawdu 380 logħba tal-Premier League Ingliż kull staġun, b’200 minnhom live u 180 logħba mxandra sagħtejn wara, 380 logħba live ta’ Serie A kollha b’kummentarju Taljan, u 60 logħba live tal-Emirates FA Cup.
Michaelides żied jgħid “Il-qasam tat-TV ta’ GO, sar suċċess kbir billi jipprovdi lid-djar b’divertiment televiżiv ta’ kwalità. Il-kisbiet ta’ kontenut premium bħalma huma l-Premier League, l-Emirates FA Cup u s-Serie A tal-Italja huma parti mill-investiment kapitali strateġiku immirat li jipprovdi l-aqwa f’dak li hu kontenut ta’ Premium TV”.
Dan kollu, flimkien mad-drittjiet kurrenti għaċ-Champions League, Formula 1, Wimbledon Tennis, Rugby u Golf, jikkonfermaw lill-GO bħala l-aqwa fornitur ta’ Premium Sports. Il-klijenti jistgħu jabbonaw għall-pakketti ta’ GO sports premium ta’ 8 stazzjonijiet fuq GO Interactive biex jiżguraw il-massimu ta’ live coverage bl-għażla li jaraw GO sports 1 u 2 f’kwalità HD.