GO tniedi t-TV tal-futur

GO għadha kemm kitbet paġna ġdida fl-istorja tat-televiżjoni f’Malta bħala l-ewwel operator li qed jintroduċi servizz tat-TV mill-iżjed flessibbli. Dan ifisser li l-konsumaturi issa jistgħu jibdew igawdu kontenut tat-TV mingħajr il-bżonn li jinstallaw apparat ta’ GO, u mingħajr il-ħtieġa ta’ set top box jew wires fid-dar. Kull m’hemm bżonn li jagħmlu l-klijenti huwa li jixtru abbonament, u jibdew igawdu l-flessibiltà ta’ kull kontenut li jixtiequ jaraw billi jniżżlu l-GO TV APP u jgawdu l-kontenut favorit tagħhom minn kwalunkwe apparat, kemm TV, tablet jew mobile, ikunu fejn ikun sew fid-dar jew barra.

“Illum qed nirrevoluzzjonaw il-mod kif in-nies f’Malta jgawdu l-kontenut tat-televiżjoni favorit tagħhom, kemm jekk ikun kontenut lokali kif ukoll barranin. Dan huwa r-riżultat ta’ investiment kbir fl-esperjenza tal-klijenti tagħna u qabża kbira ‘l quddiem fil-vjaġġ tagħna tat-TV. B’dan wasal investiment sinifikanti ta’ €4 miljuni fil-headend ġdid tat-TV tagħna u aktar minn €2 miljuni fit-titjib relatat mal-Internet biex niżguraw li nkunu nistgħu nwasslu dan is-servizz televiżiv ġdid skond l-ogħla livelli,” qal Nikhil Patil, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO.

“Iż-żmien meta qed nagħmlu dan il-pass importanti għal GO huwa wkoll wieħed sinifikanti. Dan kien żmien ta’ taqlib kbir miġjub minn pandemija globali. Iżda minkejja dan kollu, bqajna ninvestu biex intejbu s-servizzi għall-klijenti tagħna u għall-komunità in ġenerali. Aktar importanti minn hekk, komplejna naħdmu ħafna biex niżguraw li ħadd ma jaqa’ lura,” żied jgħid Nikhil Patil.

“Kien hemm ħafna nies minn oqsma differenti li ħadmu bla heda matul ix-xhur li għaddew biex iwasslu prodott simplifikat għall-klijenti tagħna – prodott li kien intensament kumpless biex ikun implimentat billi huwa kkonfigurat biex jaħdem ma’ teknoloġiji differenti, kemm jekk bil-fili, kemm permezz ta’ WiFi jew mobile data. Imma s-sbuħija tinsab fil-fatt li din il-kumplessità tippermetti lill-klijenti libertà assoluta fil-mod kif jikkunsmaw il-kontenut favorit tagħhom,” qal Kelvin Camenzuli, Chief Data Officer.

“Implimentajna soluzzjoni li hija l-iżjed waħda imtejba u teknoloġikament avvanzata fir-rigward tat-trasmissjonijiet tat-TV u waħda li hija stabbilita sew biex twassalna ‘l quddiem fil-vjaġġ tagħna tat-televiżjoni fix-xhur li ġejjin,” żied Kelvin Camenzuli.

Minbarra l-aspett prattiku li ma hemmx konnessjonijiet u wires żejda, dan is-servizz tat-televiżjoni ġdid jista’ jiġi installat fuq iħjed minn apparat wieħed.

Dan ifisser ukoll li l-klijenti jistgħu jieħdu s-servizz tat-televiżjoni tagħhom kull fejn jixtiequ huma, mingħajr il-bżonn li joqgħodu jaraw kif se jikkumnikaw il-wires u mingħajr stress jew inkovenjent bla bżonn.

Għal aktar informazzjoni dwar l-app tat-TV ta’ GO żur www.go.com.mt

Din l-informazzjoni ġiet imwassla lilkom minn GO.