GO tniedi Disney Channels on demand

It-tfal se jkunu jistgħu jiddevertu fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata b’varjetà ta’ programmi li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd b’serje televiżivi bħal ‘Shake It Up Mickey Mouse Clubhouse’ u ‘Ultimate Spider-Man’.
Dan is-servizz li qed ikun offrut lill-klijenti ta’ GO Interactive TV jinkludi programmi live action u animati b’volum sinifikanti ta’ episodji minn sensiela ta’ serje ewlenin li jintwerew fuq l-istazzjonijiet Disney Channel, Disney XD u Disney Junior, u selezzjoni minn Disney Channel Original Movies.
Il-films li jinsabu disponibbli bħalissa jinkludu ‘Camp Rock’, ‘Motorcrossed’ u ‘Pixel Perfect’. Barra minn hekk, id-Disney Channels on Demand se jospitaw programmi speċjali matul is-sena waqt l-Għid, is-sajf, Halloween u l-Milied.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.