GO tgħinek tibdel il-mobile u tieħu ħsieb l-ambjent

Aktar kmieni din is-sena, GO Ventures, fond għal start-ups ta’ GO plc, investa f’Servify, pjattaforma li timmaniġġja l-‘ħajja’ ta’ devices elettroniċi. 

Din is-sħubija internazzjonali wasslet biex il-klijenti ta’ GO qed igawdu minn valur kbir fuq is-servizz ta’ telefonija ċellulari. Il-klijenti issa għandhom l-għażla li jirritornaw il-mobile qadim tagħhom u għal żmien limitat, jirċievu kreditu minimu ta’ €50 meta jagħżlu li jixtru telefon ċellulari ġdid u jabbonaw għall-Freedom Plans ta’ GO – l-uniku servizz li jippermetti lill-klijenti li jfasslu l-pjan skond il-ħtiġijiet personali tagħhom.

Il-proċess huwa sempliċi. Kull ma għandhom bżonn jagħmlu l-klijenti hu li jżuru s-sit ta’ GO www.go.com.mt/trade-in/ sabiex isiru jafu bejn wieħed u ieħor il-valur tal-mobile il-qadim tagħhom. Dawk il-mobiles li jkun għad għandhom valur, jintbagħtu barra minn Malta biex b’hekk tkun qed tinħoloq ekonomija ċirkolari u favur l-ambjent. Mobiles iżjed qodma u li forsi ma jkollhom l-ebda valur, jintremew b’mod li ma jniġġżux l-ambjent, dejjem kond il-prattika rakkomandata.

Kull mobile li jinġabar, titħassarlu l-informazzjoni personali kollha, u din titpoġġa fuq il-mobile il-ġdid.

“Aħna nemmnu li filwaqt li l-mobiles evolvew b’mod drastiku matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-esperjenza tal-klijenti wara li jkunu xtraw mobile, bil-kemm inbidlet,” qal Nikhil Patil, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO. “Kien dan li attirana lejn Servify, ditta li hija ffukata esklussivament sabiex ittejjeb l-esperjenza għal min jixtri mobile filwaqt li tipproponi mod ekoloġiku u responsabbli kif tiddisponi minn mobiles qodma meta jinxtraw il-ġodda.”

Minbarra din l-iskema ta’ Trade-In, klijenti jistgħu jakkwistaw il-mobile li jixtiequ permezz ta’ l-iskema Easybuy ta’ GO fejn mobiles li jkunu ftit għaljin, isiru iżjed affordabbli għal kulħadd! Wieħed jista’ jgawdi l-iPhone 12 il-ġdid b’€29.99 fix-xahar, mingħajr imgħaxx u b’hekk jiffranka €240, biex b’hekk dan huwa l-aktar mod ekonomiku u vantaġġjuż kif wieħed jesperjenza l-aktar iPhone riċenti. L-iskema Easybuy tista’ titgawda ma’ għażla wiesa’ ta’ smartphones oħra.

“Irridu li kulħadd ikollu l-opportunità li jgawdi l-aktar teknoloġija riċenti u huwa għalhekk li nagħmlu minn kollox biex insibu mod innovattiv sabiex din it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd,” qalet Alison Mercieca, Senior Marketing Manager.

Dan it-tagħrif twassal minn GO.