GO Stars HD jagħti bidu għas-sena 2015 b’films u serje televiżivi mimlijin azzjoni

Il-film Lone Survivor, bl-attur Mark Wahlberg, ibbażat fuq storja vera ta’ erba’ Navy SEALs Amerikani li jinqabdu f’inbuskata mill-għadu fil-muntanji tal-Afganistan hu biss wieħed mid-dsatax il-film li ser ikun qed jintwera għall-ewwel darba fuq GO Stars HD mill-10 ta’ Jannar.
Film ieħor li ser ikun qed jintwera għall-ewwel darba iġib l-isem Last Vegas b’atturi famużi bħal Robert De Niro, Michael Douglas, Morgan Freeman u Kevin Kline. Il-film, li ser jintwera fl-20 ta’ Jannar, jirrakkonta l-istorja ta’ erba’ pensjonanti li jiltaqgħu f’Las Vegas biex jiċċelebraw il-festin ta’ baċċellerat tal-ħabib tagħhom li fl-aħħar wara ħafna snin jiddeċiedi li jiżżewweġ mara żagħżugħa. Id-dilettanti tal-films animati ser ikollhom sorpriza sabiħa fil-31 ta’ Jannar bil-film Rio 2, li jinkludi l-vuċijiet ta’ atturi magħrufin bħal Jesse Eisenberg, Anne Hathaway, u Jemaine Clement.
Is-sejre About a Boy, bl-atturi David Walton, Benjamin Stockham u Minnie Driver hu tele-serje ġdid li ser ikun qed jixxandar fuq GO Stars HD kull nhar ta’ Ħamis fit-8.30pm. Din is-serje tinvolvi l-avventuri ta’ Will Freeman qed igawdi l-ħajja wara li joħroġ b’kanzunetta popolari u jagħmel ftehim ma’ Marcus, it-tifel tal-ġara tiegħu, biex jattira lin-nisa. Marcus jippretendi li hu t-tifel ta’ Will u bħala kumpens Marcus iħallieh juża daru, jilgħab ping-pong u jiekol laħam – xi ħaġa li ommu ma tħalliehx.
L-iskeda sħiħa ta’ GO Stars HD tinsab fuq is-sit https://www.go.com.mt/personal/tv/channels/what-s-on-tv
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt
Ritratt: About A Boy: (c) 2014 NBC Studios LLC. All Rights Reserved.